Wara l-ewwel ħames rounds tal-Kampjonat Nazzjonali taċ-Ċess tal-Juniors, iż-żgħażugħ ta’ sittax-il sena Jack Mizzi, li bħalissa huwa l-Junior Champion renjanti, jinsab fuq quddiem nett b’4.5 punti. Jack, li jilgħab ukoll mat-tim nazzjonali tal-irġiel, huwa l-favorit li jirbaħ it-turnew, hekk kif rebaħ l-ewwel erba’ logħbiet tiegħu, u ġab draw kontra Matthias Gatt.
B’nofs punt biss wara Jack, hemm Matthias, Noah Cauchi, Leonardo Zangrilli u Isaac Grima Bongailas. Matthias irritorna lura għax-xena taċ-ċess bi grinta, wara li dan l-aħħar ħa pawsa mil-logħob sabiex isegwi l-istudji tiegħu fl-Università. Hu l-uniku parteċipant apparti Jack, li s’issa għadu ma tilifx logħba. Matthias ġab draw kontra Milena Stagno u rebaħ lil Hayley Thornton, Nick Calleja Urry u Isaac Sacco.
Noah (U16), riċentament ikkwalifika għat-turnew tal-Candidates wara prestazzjoni mill-aqwa fil-Preliminarji. Hu rebaħ il-logħob kollu tiegħu kontra Keshav Reyansh, Elena Borg Mercieca, Leonardo Nils Kang Di Benedetto u Isaac Sacco, b’telfa waħda kontra Jack. Leonardo (U14), żagħżugħ promettenti ħafna, ukoll rebaħ il-logħob tiegħu kontra Nick, Kyle Cassar, Gabriel u Chloe Azzopardi Frantz. L-uniku telfa ta’ Leonardo kienet kontra Jack f’logħba twila u pjuttost bilanċjata. Isaac Grima Bongailas (U14) li hu żagħżugħ iddedikat ferm għal logħba taċ-ċess, rebaħ 4 logħbiet kontra Manuel Cutajar Lofaro, Kyle, Hayley u Leonardo Nils; bit-telfa tiegħu tkun ukoll kontra Jack.
Il-players kollha, bniet u subien, b’taħlita ta’ etajiet differenti, qed jilgħabu fl-istess turnew li hu organizzat fuq sistema ta’ 7-round swiss format. L-aħħar żewġ logħbiet se jintlagħbu nhar il-Ġimgħa u s-Sibt li ġej, fejn se jiġu determinati min se jkunu r-rebbieħa tat-titli varji – U20 għas-subien u l-bniet, U18, U16, U14, U12 (subien u bniet), U10 u U8.
Fis-sezzjoni tal-bniet jidher li hemm kompetizzjoni eċċitanti u missielta għat-titlu, hekk kif erbat ibniet jinsabu kollha fuq 3 punti. Hayley (U12), li hija l-Junior Champion tal-bniet kurrenti, tinsab fuq quddiem, filwaqt li viċin ħafna fit-tie-breakst, hemm Milena Stagno (U20) Junior Champion tal-2021, kif ukoll l-uċuh ġodda Yunlong Wang (U12) u Chloe Azzopardi Frantz (U10).
Klassifika wara l-5 logħba:
1: 4.5pt: Jack Mizzi (U18)
2-5: 4pt Matthias Gatt (U20), Noah Cauchi (U16), Leonardo Zangrilli, Isaac Grima Bongailas (U14).
6: 3.5pt: Andrei Dobbin (U18)
7-17: 3pt: Hayley Thornton (U12), Milena Stagno (U18), Leonardo Nils Kang Di Benedetto, Gabriel Grech, Isaac Sacco (U14), Yunlong Wang (U12), Chloe Azzopardi Frantz (U10), Nick Calleja Urry (U12), Keshav Reyansh (U8), Luke Joseph Xerri, Luke Camilleri (U14)
18-28: 2pt: Kyle Cassar (U14), Manuel Cutajar Lofaro (U12), Elena Borg Mercieca,Alexander Falzon (U8), Nicole Ellul (U16), Carl Thorne, Thomas Magri (U12), Lars Strojek, Jimmy Jay Chev Welsh, Andre Gauci, Elias Aquilina (U14)
29-36: 1pt: Terrence James Camilleri (U16), Julia Buttigieg (U12), Samuel Saliba (U14), Calista Debrueres (U10), Thomas Cassar (U12), Nathan Buttigieg (U10), Nicholas England (U14), Meg Zammit (U10)
37-40: Sharlianne Borg, Eve Cordina, Raiden Attard, Lamar Said.