Jacinda Ardern qalet li m’għandha l-ebda dispjaċir għall-pjanijiet tagħha li tirtira minn mexxejja ta’ New Zealand, wara d-deċiżjoni li ħadet, li xxokkjat kemm partitarji tagħha u anki kritiċi.
L-għada li ħabbret id-deċiżjoni tagħha, hija qalet li qed tħoss taħlita ta’ emozzjonijiet, minn dwejjaq għal sens ta’ serħan.
Sondaġġi juru li l-partit tagħha għandu triq diffiċli biex jerġa’ jiġi elett f’Ottubru.
Il-Prim Ministru qalet li mhux se tappoġġja b’mod pubbliku lill-kandidati li se jitfgħu isimhom biex jieħdu postha.
L-għada li kkomunikat id-deċiżjoni tagħha, is-Sinjura Ardern qalet għall-ewwel darba wara ħafna żmien, raqdet u straħet.
F’messaġġ għan-nisa u t-tfajliet, qalet li mara kapaċi jkollha familja u tkun f’irwoli importanti.
Żiedet li issa qed tħares ’il quddiem għal aktar ħin mal-familja u ma’ bintha meta din tibda l-iskola aktar tard din is-sena.