Kelba ta’ sitt xhur instabet mill-Animal Welfare, wara xhur ta’ abbuż. Din il-kelba nġabret mit-toroq Maltin mweġġa’, wara li xi persuni rabtulha ħalqha. Kawża ta’ dan il-kelba soffriet minn qata’ fonda.
Il-volontiera tal-AAA ddeċidew li jieħdu din il-kelba fis-santwarju tagħhom sabiex jagħtuha l-imħabba u l-għajnuna neċċessarja.
Quddiem sitwazzjonijiet bħal dawn, il-volontiera bħal donnhom ma jkunux jistgħu jemmnu li l-bniedem jasal jabbuża lil dawn il-klieb.
Din il-kelba se tkun għall-adozzjoni bit-tama li ssib familja li toffrilha l-imħabba.