Kelba tar-razza Poodle ġiet abbandunata mill-familja li kellha fi xjuħitha wara li qattgħet ħajjitha kollha tiġi mgħammra.
Kitbet dan l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati, fejn spjegat il-qsim ta’ qalb li jħossu meta jiltaqgħu ma’ sitwazzjonijiet simili li minnhom qed jgħaddu għadd ta’ annimali.
L-assoċjazzjoni spjegat kif fil-ġimgħat li ġejjin Lilly, il-kelba, se tiġi msewwija biex b’hekk ma tiġix aktar mgħammra u saħansitra se tingħata l-mediċina neċessarja minħabba infezzjoni li għandha f’ħalqha.
Temmet billi appellat lil kull min għandu pet biex iħobbuhom u mhux jużawhom bħal magna li minna jagħmlu l-flus
Min jixtieq jgħin permezz ta’ donazzjoni jista’ billi jibgħat messaġġ:
50617350 €2.33
50618060 €4.66
50618910 €6.99
50619200 €11.66
Il-kundizzjoni li fiha nstabet Lilly