Meta Picasso kien għadu ġeru l-ebda familja ma riditu, u kien għalekk li l-persuna li għammar lill-ġenituri tal-kelb iddeċieda li jabbandunah f’santwarju tal-klieb. Minn hemm hu mal-ewwel spiċċa fuq il-lista tal-klieb li se jkunu qed jitraqdu, u dan kollu għax kien jidher differenti.
Picasso huwa kelb li dejjem tarah kuntent u f’saħħa tajba iżda b’diformitajiet abnormali f’wiċċu. Il-kelb li għandu 10 xhur ma rnexxielu jirbaħ l-ebda qalb ta’ familha u tħalla għall-mewt fis-santwarju tal-annimali f’Portervilli f’Kalifornja, dan sakemm ġie salvat mil-Luvable Dog Rescue.
Id-Direttriċi ta’ Luvable Dog Rescue, Liesl Wilhardt, qalet li “Picasso mimli ħajja u vera kelb gustuż. M’għandu l-ebda ħjiel li hu differenti.”
Liesl saret taf b’Picasso meta bdiet toffri l-għajnuna tagħha fis-santwarju u meta ratu taħssritu għax emmnet li ma kienx ħaqqu jitraqqad. Ftit wara Picasso, ħuh Pablo wkoll spiċċa miegħu fis-santwarju wara li l-familja li addottatu ma riditux iktar.
Minn hemm Liesl iddeċidiet li ma setgħetx tħallihom għall-mewt u addottathom it-tnejn li huma u tathom l-ismijiet ta’ Pablo u Picasso.