11-il ġeru nstabu abbandunati f’kaxxa wara li tħallew minn xi persuna jew persuni għall-mewt.
Dan hekk kif kieku ma nġabrux mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali u ngħataw lill-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati, dawn il-klieb kienu jmutu hekk kif uħud minnhom instabu b’nuqqas ta’ piż, fejn kienu jiżnu 1.2kg biss. F’messaġġ fuq Facebook, l-AAA spjegat kif dawn il-ġriewi għandhom bejn tlieta u erbgħa ġimgħat u għadhom wisq żgħar sabiex jingħataw għall-addozzjoni. Sostnew li għalissa mhux se jkunu qed ifittxu dar fissa għalihom, iżda se jħabbru aktar informazzjoni hekk kif jagħlqu l-erbgħa ġimgħat.
Kull min jixtieq jgħin lil din l-assoċjazzjoni permezz ta’ donazzjoni jista’ billi jibgħat messaġġ fuq;
50617350 €2.33
50618060 €4.66
50618910 €6.99
50619200 €11.66