Ilbieraħ filgħaxija, kemm Kamala Harris kif ukoll Donald Trump indirizzaw avvenimenti relatati mal-kampanja għall-elezzjoni presidenzjali hekk kif baqa biss 4 t’ijiem sakemm il-poplu Amerikan jitfa’ l-vot tiegħu.
Kamala Harris wegħdet li tiġġieled għall-ħaddiema hekk kif f’Las Vegas magħha fuq il-palk bħala mistiedna speċjali kellha l-kantanta Jennifer Lopez. Lopez indirizzat il-folla fejn tenniet li kienet temmen fil-poter tan-nisa u li n-nisa għandhom il-poter li jagħmlu d-differenza f’din l-elezzjoni filwaqt li żiedet nemmen fil-qawwa tal-Latinos.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/11/01083611/9f2b67e8-a303-44b9-92fc-1716a7c2b71c.jpg)
Sadanittant f’Arizona Donald Trump, waqt intervista li saritlu fuq il-palk mill-preżentatur Tucker Carlson, irrepeta d-dikjarazzjonijiet infondati tiegħu dwar frodi fost il-votanti fl-Istati Uniti. Trump qatt ma kkonċeda t-telfa fl-aħħar elezzjoni li hu kien tilef bi kważi 7 miljun vot u ripetutament dejjem qal li l-elezzjoni kienet imbagħbsa minkejja li qatt ma pproduċa provi ta’ dan.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/11/01083734/3e3922c1-d679-4a1e-b383-17d8bae764de.jpg)
Aktar minn 65 miljun persuna diġa ħarġu jivvutaw – rekord ġdid għal min jivvota kmieni meta ssupera dak li kien ġie rreġistrat fl-2020.
Sadanittant it-tbassir jibqa’ juri li t-tiġrija għall-presidenza għadha ras’imb ras.