Inkomplu nibnu fuq il-ħafna tajjeb li wettaqna u l-ħafna kisbiet li ġibna.
Dan kien il-messaġġ ewlieni ta’ Robert Abela fl-awguri tiegħu għas-sena l-ġdida li fiha il-Partit Laburista ħa jiċċelebra l-100 anniversarju mit-twelid tiegħu.
“Hekk kif se niċċelebraw il-mitt sena anniversarju mit-twaqqif tal-Partit Labursita, irridu nkomplu nħassu l-Partit billi mmorru lura lejn l-għeruq, u nieħdu ħsieb dawk il-laburisti li għadha ma saritx ġustizzja magħhom. Ħall- l-Partit jibqa’ rebbieħ u jkun jista’ jkompli jwettaq il-ġid. B’umilta nilqa’ l-appoġġ dejjem jiżdied tagħkom. Nixtieq għal darba oħra nirringrazzjakom. Din hija kampanja magħmula min nies għan-nies – il-kampanja tagħkom, sempliċi iżda ġenwina, mill-Laburisti għal-Laburisti.”
Robert Abela aċċenna għall-importanza li l-istabilita u n-normalità fil-pajjiż jerġgħu jiddaħħlu kemm jista’ jkun malajr. Qal li l-manifest elettorali jrid jitwettaq, mingħajr ħafna terremoti li ħaddieħor irid idaħħalna biex jiddistabilizza l-progress fil-pajjiż. Enfasizza l-importanza tal-kontinwita, fejn b’għaqal inkomplu nibnu fuq it-tajjeb li sar għaliex il-Partit Laburista għamel wisq tajjeb biex jintrema.
Fl-ewwel jum tas-sena Abela ddedika ħafna mill-ħin biex żar ħaddiema li bħal-lum ikunu xoghol flok mal-familja. Tenna l-proposta li l-istat jiġġieled l-inugwaljanza fil-pagi għall-istess xogħol, u jiżgura l-ħolqien ta’ aktar ġid li jitqassam sew biex kullħadd jimxi ‘l quddiem u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja.