Iżrael u l-Istati Uniti wegħdu li se jirritaljaw kontra l-Iran. Dan wara li fl-aħħar sigħat, l-Iran spara numru ta’ missili fuq Iżrael.
Analisti qegħdin jgħidu li l-gwerra fil-Lvant Nofsani se tkompli tintensifika.
L-awtoritajiet Iżraeljani qalu li ġew sparati aktar minn mija u tmenin missila. Bil-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu sostna li l-Iran għamel żball kbir u se jħallsu għalih.
L-attakk mill-Iran seħħ wara li Iżrael beda gwerra oħra kontra l-grupp Hezbollah fil-Libanu.
Dwar din l-aħbar ġiet skedata laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Maqgħuda, waqt li l-Unjoni Ewropea talbet għall-waqfien mill-ġlied.
AQRA AKTAR:
Ritratt: Reuters