Il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tal-Ġnus Magħquda se tisma’ każ miġjub quddiema mill-Afrika ta’ Isfel, fejn fih qed takkuża lil Iżrael li qed jikkommetti reati ta’ ġenoċidju fuq il-Palestinjani f’Gaza.
Qed jintalab ukoll sabiex il-Qorti toħroġ ordni biex b’mod immedjat twaqqaf lil Iżrael milli jwettaq aktar operazzjonijiet militari fl-istrixxa ta’ Gaza.
Madanakollu, minkejja li l-każ mhuwiex wieħed kriminali, il-Qorti tista’ tagħti biss l-opinjoni tagħha dwar dawn l-akkużi.
B’reazzjoni għal dan, Iżrael ċaħad bis-saħħa l-akkużi ta’ ġenoċidju.
Fil-każ li daħlet, l-Afrika t’Isfel qalet kif l-azzjonijiet tal-pajjiż Lhudi huwa li jeqred minn fuq wiċċ id-dinja din il-parti tal-Palestina, ir-razza u l-etniku tagħhom.
Il-President Iżraeljan sejjaħ dawn l-allegazzjonijiet bħala atroċi u spjega kif pajjiżu se jmur quddiem din il-Qorti Internazzjonali u se jippreżenta każ ta’ difiża b’saħħtu.