Iżrael qed jinsisti li l-qtil ta’ mexxej tal-Hamas f’Beirut ma kienx attakk fuq il-Libanu, hekk kif qed isiru twissijiet ta’ “tpattija” għall-mewt tiegħu.
Kelliem għal Iżrael qal li Saleh al-Arouri miet f’attakk kontra t-tmexxija tal-Hamas.
Il-Hamas ikkundannaw dan il-qtil u l-Prim Ministru tal-Libanu akkuża lil Iżrael li qed jipprova jdaħħal lil pajjiżu f’konfrontazzjoni.
Il-midja tal-Libanu rrappurtat li Arouri, deputat mexxej politiku tal-Hamas, inqatel f’attakk bi drone fin-naħa t’isfel ta’ Beirut, flimkien ma’ sitt persuni oħra – żewġ kmandanti tal-militar tal-Hamas, u erba’ membri oħra.