L-Istati Uniti qalu li Iżrael, qed juża armamenti li jmorru kontra l-liġi umanitarja internazzjonali f’Gaza.
Dan intqal f’rapport li tressaq quddiem il-Kungress Amerikan, li jgħid li dawn l-armi intużaw b’mod inkonsistenti mal-obbligazzjonijiet imposti fuq il-Gvern Iżraejlan ta’ Benjamin Netnyahu.
Intqal kif fl-aħħar xhur, il-militar kellu jiġġieled lill-Hamas f’Gaza f’ċirkostanzi xejn faċli.
Ġie nnutat ukoll kif Iżrael kiser il-kelma li ta lill-Amerikani, meta qal li dejjem se jżomm mal-obbligazzjonijiet internazzjonali.
Sadanittant, fl-aħħar sigħat aktar minn 80,000 persuna ħarbu minn Rafah, f’Gaza, biex isibu kenn mill-qilla tal-bumbardamenti minn Iżrael.