Il-militar Iżraeljan kompla l-attakki tiegħu f’Gaza, fejn matul il-lejl li għadda nstemgħu sparaturi f’wieħed mill-isptarijiet f’din iż-żona.
Rapporti qalu kif Iżrael ħa l-kontroll tal-isptar, fejn mijiet ta’ Palestinjani kienu qed isibu kenn mill-qilla tal-gwerra.
Fil-fatt dawn appellaw lil kulħadd biex jevakwaw din il-binja u jmorru f’żona sigura.
Il-Ministeru tas-Saħħa tal-Hamas qed jakkuża lill-Gvern Iżraeljan b’reati kriminali serji ħafna u li qed jiffabbrika stqarrijiet li qed jagħti lill-midja.
L-aħħar ċifri juru kif in-numru ta’ Palestinjani li nqatlu issa qabżu l-31,300.