Aktar kmieni illum, Iżrael iddikjara li l-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied kien miksur wara ftit sigħat hekk kif uffiċjali tas-sigurtà tal-Libanu qalu li tankijiet Iżraeljani attakkaw sitt siti fin-Nofsinhar tal-Libanu.
Ftehim ta’ waqfien mill-ġlied bejn Iżrael u l-grupp militanti Lebaniż Hezbollah daħal fis-seħħ l-Erbgha wara negozjati mmexxija mill-Istati Uniti u Franza u li kien intenzjonat sabiex iċ-ċittadini taż-żewġ pajjiżi setgħu jirritornaw lura f’darhom sitwati ma’ ġenb il-fruntieri u li ilhom erbatax-il xahar isofru bumbardamenti.
Il-militar Iżraeljan sostna li l-ftehim kien miksur wara nies suspettużi f’ċertu vetturi waslu f’diversi lokazzjonijiet fiż-żona tan-Nofsinhar.
Hassan Fadlallah, avukat tal-Hezbollah, akkuża lil Iżrael li attakkaw in-nies li kienu qed jirritornaw lura fil-villaġġi fin-Nofsinhar tal-Libanu. Il-militar Iżraeljan qed iħeġġeġ lir-residenti tal-bliet matul il-fruntiera biex għas-sigurtà tagħhom ma jirritornawx għal issa.
Is-siti milquta fl-attakki dalgħodu jinsabu anqas minn żewġ kilometri tal-linja blu li timmarka l-fruntiera bejn il-Libanu u Iżrael. Familji mil-Libanu qed jippruvaw jirritornaw lura fi djarhom iżda t-truppi Iżraeljani għadhom qed jokkupaw il-bliet fit-territorju tal-Libanu matul il-fruntiera.
Skont il-ftehim, il-forzi ta’ Iżrael jistgħu jieħdu sa 60 ġurnata biex jirtiraw iżda l-ebda naħa ma tista’ tattakka.