Kmieni s-Sibt filgħodu, l-Iżrael attakka lill-Iran permezz ta’ missili mill-ajru.
Dan bħala ritaljazzjoni għal attakk bil-missili li l-Iran kien għamel fuq Iżrael, aktar kmieni dan ix-xahar.
Il-militar Iżraeljan qal li l-attakki tiegħu laqtu l-bażijiet militari tal-Iran. Fi stqarrija, il-militar Iżraeljan qal li kien qed iwettaq attakki preċiżi fuq postijiwt militari fl-Iran, bi tweġiba għal dak li sejjaħ bħala xhur ta’ attakki kontinwi mill-Iran.
Min-naħa tagħhom, l-Iran ikkonferma li attakk Iżraeljan kien immirat lejn siti miltari fil-kapitali Tehran u f’partijiet oħra tal-pajjiż, iżda qal li kkważa ħsarat limitati.
Iżrael ilha thedded li tagħmel dan l-attakk għal ġimgħat sħaħ u sar aktar minn sena wara l-attakk li għamel il-Ħamas fuq Iżrael, li qanqal il-gwerra li għaddejja fil-Lvant Nofsani.