Bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena kien hemm żidiet fl-ammont ta’ trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex, meta mqabbel mal-istess tliet xhur ta’ sena qabel.
Total ta’ 1,643,898 passiġġier vjaġġa bejn Malta u Għawdex, jiġifieri żieda ta’ 7.8%. L-ikbar ammont ta’ passiġġieri kien irreġistrat f’Awwissu, b’582,264 passiġġier, jew 35.4% tat-total għal dawk it-tliet xhur.
L-ammont ta’ vetturi żdied b’6.9%, u laħħaq 446,890.
L-ammont ta’ vjaġġi laħħaq is-6,324, żieda ta’ 8.6% fuq l-istess perjodu fl-2015.
Bejn Jannar u Settembru, l-iktar jiem bieżla għat-traġitt bejn Malta u Għawdex kienu l-Ġimgħa u s-Sibt miċ-ċirkewwa, u s-Sibt u l-Ħadd mill-Mġarr.
Dan kollu jirriżulta minn ċifri ppublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.