Wieħed jista’ jaħseb li bl-era tal-internet, il-libreriji pubbliċi jitilfu ftit mir-relevanza tagħhom. Iżda mhux il-każ!
Infatti l-ammont ta’ membri ġodda li nkitbu mal-librerija pubblika ċentrali ta’ pajjiżna żied b’1,682 persuna fl-2015, fuq is-sena ta’ qabel. Jiġifieri kważi 37% żieda f’sena waħda.
Iż-żieda fost l-adulti kienet 33.8%, filwaqt li ż-żieda fost it-tfal kienet 38%. Interessanti wkoll li kien hemm żieda fost nies barranin, kemm tfal kif ukoll adulti, li nkitbu mal-librerija.
Fl-2015, l-ammont ta’ kotba li ssellfu laħaq is-777,804, jiġifieri żieda ta’ 22.5% fuq l-2014. Filwaqt li kien hemm tnaqqis fis-self mil-librerija ċentrali fil-Floriana, kien hemm żieded fil-kumplemnt tal-pajjiż.
Tan-Nadur Għawdex jibgħu l-aktar li ssellfu kotba, u warajhom r-Rabtin t’Għawdex.
Dan kollu ħareġ minn stastistika ppublikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatsitika.