Għall-ewwel darba l-ammont ta’ passiġġieri li għaddew mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta fix-xahar ta’ Mejju qabeż is-600,000 ruħ. B’kollox 643,089 passiġġier daħlu jew ħarġu minn Malta permezz tal-ajru.
Fi stqarrija, l-ajruport qal li dan in-numru huwa ikbar mill-ammont massimu li jifilħu il-grawnds li se jospitaw it-Tazza tad-Dinja kollha f’daqqa. Din iż-żieda hija dovuta permezz ta’ żieda ta’ 16.6% f’movimenti tal-ajruplani u kif ukoll żieda ta’ 17% fil-postijiet disponibbli tal-ajruplani.
Din iż-żieda tinvolvi l-iżjed titjriet mir-Renju Unit, l-Italja, il-Ġermanja, Franza u Spanja.