Studju tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, sab li aktar minn 60% jagħmlu użu mis-servizzi ta’ mobile jew internet banking f’pajjiżna.
Stqarrija mill-awtorità qalet li dan fisser żieda fuq is-snin preċedenti, partikolarment fil-mobile banking, waqt li l-ammont ta’ persuni li jirrikorru direttament fil-banek kompla jonqos drastikament bejn l-2022 u l-2023. Fenomenu instigat mir-restrizzjonijiet waqt il-pandemija tal-COVID-19.
Ir-riżultati joħorġu minn analiżi tal-MFSA dwar il-mod kif qed jaddattaw il-banek għall-iżviluppi fit-teknoloġija u l-effettività tas-servizzi tagħhom.
Fuq il-bażi tal-istess studju, l-MFSA tat numru ta’ rakkomandazzjonijiet lill-banek, inkluż bl-implimentazzjoni ta’ programmi edukattivi f’din it-tranżizzjoni, waqt li jissaħħu l-protokolli neċessarji għas-salvagwardji tal-klijenti.