Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Piantedosi, f’Ruma.
F’din il-laqgħa l-Ministri tkellemu dwar it-tisħiħ tar-relazzjonijiet b’saħħithom bejn iż-żewġ pajjiżi, li t-tnejn jaffaċċaw realtajiet u sfidi komuni.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/12/06103505/WhatsApp-Image-2024-12-06-at-10.28.55-AM-1-1024x682.jpeg)
Fost is-suġġetti diskussi kien hemm dak tal-immigrazzjoni irregolari u t-traffikar tal-bnedmin. Il-Ministri ddiskutew kif ż-żewġ pajjiżi jridu jibqgħu jaħdmu b’kollaborazzjoni biex jindirizzaw dawn l-isfidi.
Il-Ministru Byron Camilleri u l-Ministu Taljan Matteo Piantedosi ddiskutew ukoll l-importanza li l-Libja tibqa’ tingħata s-sapport meħtieġ biex issaħħaħ ir-riżorsi ta’ tfittxija u salvataġġ, u l-kapaċitajiet tagħha fl-immaniġġjar tal-fruntiera.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/12/06103502/WhatsApp-Image-2024-12-06-at-10.28.56-AM-1024x682.jpeg)
Iż-żewġ Ministri saħqu fuq l-importanza li tiżdied il-koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Libja, biex tirritorna aktar immigranti lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom.