Il-forzi tal-gvern Iraqi ħadu lura f’idejhom il-maġġoranza ta’ Falluja, wara li din kienet ilha f’idejn l-Istat Iżlamiku minn Jannar tal-2014.
Is-Segretarju tad-Difiża Amerikana Ash Carter qal li għad fadal xi ġlied xi jsir hekk kif l-Istat Iżlamiku għadu jikkontrolla parti sinifikanti tal-belt.
Madanakollu, il-Prim Ministru tal-Iraq iddeskriva s-suċċess miksub s’issa bħala ħelsien. Kelliem għall-armata qal li qed jistenna li l-Istat Iżlamiku se jsofri telfa kbira fis-siegħat li ġejjin.