B’€211,000 mill-Fond għall-Proġetti Kapitali, il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra se jkun jista’ jkompli bil-ħidma tiegħu sabiex taħt il-bandli jkun hemm faċilitajiet ġodda għall-komunità.
Primarjament din se tikkonsisti minn multi-purpose hall għal għadd ta’ attivitajiet għat-tfal, żgħażagħ u anzjani; flimkien ma’ faċilitajiet sanitarji għall-irġiel u n-nisa.
Barra minn hekk se jitranġa l-aċċess għal din iż-żona, u iktar ‘il quddiem biswitu hemm il-ħsieb li jsir grawnd tal-basketball, trakka għar-roti, u għall-mixi.
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis innota kif b’dawn il-fondi, il-Gvern qed jassigura li l-Kunsilli Lokali verament ikunu Gvern Lokali bis-setgħa li jagħmlu d-differenza fil-ħajja tar-residenti.
Minn naħa tiegħu, is-Sindku tax-Xgħajra Anthony Valvo spjega li din hija ħolma li ssir realtà, biex ir-residenti ta’ din il-lokalità jingħataw iżjed faċilitajiet fil-lokalità tagħhom stess.