Kienet partita mill-isbaħ u mill-aktar drammatika dik li rat lil Sliema Wanderers jegħlbu lil Mosta bl-iskor ta’ 4-3 wara l-għoti tal-penalties, biex b’hekk avvanzaw għas-semi-finali tal-IZIBET FA Trophy.
Mosta għamlu l-intenzjonijiet tagħhom u wara biss żewġ minuti fetħu l-iskor meta l-captain Zachary Brincat ikkontrolla tajjeb qabel b’eleganza qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper tal-Wanderers, Rashed Al Tumi. Mosta mill-ġdid perikolużi fil-36 minuta meta Kevin Tulimieri kellu freekick salvat mingġajr wisq diffikultá minn Al Tumi.
4Kulma jmur kompla d-dominju assolut ta’ Mosta u fil-45 minuta, eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, Jamie Scerri, kellu l-konklużjoni fil-baxx tiegħu tiġi salvata b’diffikultá minn Al Tumi.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Sliema ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jġibu l-iskor indaqs u fid-49 minuta, Myles Beerman, xeħet cross li sab lil Vito Plut li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu minn taħt il-lasta tgħaddi tħakkek mal-wieqfa. Huma komplew fuq l-offesnsiva u fl-64 minuta, xutt ta’ Denis Koaou għadda barra.
It-tentattivi tal-Wanderers ġew fl-aħħar ippremjati permezz tal-goal tad-draw fit-78 minuta, meta wara li rċieva minn cross ta’ Denis Koaoau, Lydon Micallef, kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u b’xamma kbira għall-goal mill-viċin tefa’ ġewwa.
Fil-88 minuta Mosta kellhom goal ta Henry Nwoga li tħassar minħabba pużizzjoni r-regolari tal-plejer.
Sliema komplew fuq l-offensiva u fil-ħin miżjud rebħu penalty li minnu nkariga ruħu Joseph Marie Minala li iżda kellu x-xutt fraġli fil-baxx tiegħu salvat tajjeb minn mal-art minn Akpan.
L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem id-90 minuta, bil-partita jkollha tmur għall-ħin barrani.
Sliema Wanderesrs qalbu l-iskor favurihom fil-115-il minuta permezz ta’ Lydon Micallef li permezz ta’ xutt fil-baxx minn pożizzjoni angulata tefa’ l-ballun fix-xibka, fost id-delirju ta’ ferħ tal-partitarji numerużi Slimiiżi, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.
Iżda d-drama ma ntemmitx hawn hekk kif Mosta ġabu l-iskor indaqs tliet minuti wara permezz ta’ Damien Aneni.
B’hekk il-partita kellha tmur għall-għoti tal-penalties, fejn finalment Sliema Wanderers ħarġu rebbieħa.
Għal Sliema skurjaw Awad, Lydon Micallef, Neil Frendo u Alcino filwaqt li Geoffrey Acheampong falla l-konklużjoni tiegħu.
Għal Mosta tilef iċ-ċans mill-11 il-metru Tenebe Precious filwaqt li skurjaw Jean Paul farrugia, Sasha Cachia u Britto b’Nathan Agius jfalli l-penalty tiegħu.
Referee: Fyodor Zammit