Floriana kisbu l-passaġġ għas-semi-finali ta-IZIBET FA Trophy meta għelbu lil Marsaxlokk b-iskor ta’ 2-0.
Kienu Floriana li ħolqu l-ewwwl periklu fl-14-il minuta meta xutt minn pożizzjoni ideali ta’ Matheus De Sousa għadda ftit għoli. Huma komplew fuq l-offensiva u fit-34 minuta corner dirett ta’ Jake Grech ġie devjat f’corner ieħor mill-goalkeeper ta’ Marsaxlokk, Marko Drobnjak.
Kulma jmur kompla d-dominju tal-Greens u żewġ minuti biss wara, Matheus De Sousa kellu t-tentattiv tiegħu interċettat minn Drobnjak wara li ħareġ barra minn postu.
Fil-45 minuta eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, Willis Furtado, kellu freekick insidjuż jgħaddi jħakkek mal-mimduda, bix-Xlukkjari jeħilsuha ħafif.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, kienu Marsaxlokk li ħarġu fuq l-offenisva u fid-49 minuta s Yuri De Jesus Messias kellu xutt mill-ewwel minn tarf il-kaxxa jintemm ftit għoli.
Madankollu, mill-azzjoni li segwiet fuq in-naħa l-oħra tal-pitch, kienu Floriana li fetħu l-iskor meta l-plejer tal-mument il-Franċiż li għandu ċittadinanza minn Cape Verde ta’ 26 sena, Willis Furtado, minn azzjoni ta’ kontrattakk veloċi, avvanza tajjeb fil-kaxxa u permezz ta’ xutt b’saħħtu fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Marsaxlokk wieġbu fid-59 minuta permezz ta’ xutt mid-distanza tal-viċi-captain Nikolai Muscat li għadda ftit għoli.
Floriana rebħu penalty fit-88 minuta meta Willis Furtado twaqqa’ fil-kaxxa minn difensur avversarju. Mill-11-il metru inkariga ruħu l-istess Willis Furtado li l-ewwel ra lil Drobnjak isalva tajjeb iżda ma żammx biex mir-rebound, l-istess plejer tefa’ ġewwa fost id-delirju ta’ ferħ tal-partitarji numerużi ta’ Floriana.
Il-Greens komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.
Referee: Philip Farrugia