IZI Group ħabbar li għadu kemm ġedded is-sħubija tiegħu mal-Malta Trust Foundation permezz ta’ appoġġ finanzjarju, li se jippermetti li jsiru diversi proġetti sorveljati mill-fondazzjoni.
Stqarrija mill-kumpanija qalet li tali appoġġ lill-inizjattivi tal-fondazzjoni ilu diversi snin, fosthom permezz tal-“Blossom Project,” li joffri servizzi ta’ counselling lil mijiet ta’ tfal li jattendu l-Kulleġġ Maria Reġina fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar.
Inizjattiva oħra hi l-Villabiance Centre for the Music and the Arts, ċentru speċjalizzat li jipprovdi opportunitajiet ta’ mużika u arti b’xejn lit-tfal u ż-żgħażagħ b’diżabilità.