Għal ħafna dilletanti tal-festi, l-għada tkun waħda ta’ mistrieħ u xalata.
Fil-Birgu l-istorja hija differenti. Dan għaliex l-armar u d-drapp tal-festa jgħeb mit-toroq wara ħames sigħat li San Lawrenz ikun daħal fil-knisja.
Wara ġimgħa ta’ festa ħafna mid-dilletanti tal-festa jirħulha lejn xi bajja għax-xalata. Dan biex jistrieħu mill-jiem impenjattivi li ġġib magħha l-festa tar-raħal.
Iżda għal tal-armar ir-realtà hija totalment l-oppost. Fil-Birgu post magħruf għal din it-tradizzjoni kollox kien żarmat sal-għada tal-festa f’nofsinhar.
Ftit sigħat wara li kien iċċelebrat il-jum ta’ San Lawrenz, il-ġurnalist Ayrton Mifsud tkellem ma’ Christian Raggio, membru attiv ta’ din il-festa.