Bernard Pisani ta’ 42 sena mill-Ħamrun inżamm arrestat wara li hedded lill-eks sieħba tiegħu li se jisparala f’rasha nhar l-Erbgħa li għadda.
Pisani ġie akkużat li għamel użu ħażin minn apparat tat-telekomunikazzjoni, li hedded u insulta lill-mara, li impona biża’ fuqha, kiser l-ordni tal-protezzjoni kif ukoll kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
L-Avukati difensuri Alfred Abela u Renè Darmanin talbu għall-ħelsien mill-arrest ta’ Bernard Pisani, iżda l-Qorti ma laqitx it-talba minħbba r-riskju li bi tbagħbis fil-provi u għall-fatt li l-akkużat ma obdiex il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti ordnat protezzjoni favur l-eks sieħba ta’ Pisani li tibrojbixxih milli jagħmel kuntatt mal-mara.
Il-prosekuzzjoni kienet imexxija mill-Ispettur Matthew Grech.