Iż-Żejtun se jerġa jiċċelebra l-origini tal-isem tiegħu, permezz ta’ Żejt iż-Żejtun nhar l-24 ta’ Settembtu.
Din hija l-għaxar edizzjoni ta’ dan l-avvenjment storiku, fejn jiġi kkultivat ammont ta’ żebbuġ u jintgħasar waqt il-festin, biex il-pubbliku jkun jista jduqu. Joan Agius, waħda mill-organizzaturi, spjegat li se tkun ċelebrata anke l-identità Maltija, bil-qofol ikun l-ikel tipiku Malti u l-għana li ż-Żejtun tant hu magħruf għaliha.
U tajjeb li ma ninsewx l-importanza taż-żejt taż-żebbuġ Malti għas-saħħa, li semma wkoll is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo. Il-benefiċċji kollha taż-żejt se jkunu jistgħu jitgawdew fi sfond ta’ divertiment u s-sbuħija li jaf joffri dan il-villaġġ tipiku malti.