L-ewwel liġi li Gvern Laburista se jkun qed iressaq fil-Parlament bħal għada ġimgħa hi l-liġi ta’ żwieġ indaqs, qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat f’kumment telefoniku fuq ONE Radio. Muscat sostna kif din hi ħolma li sa fl-aħħar se titwettaq dan sabiex l-ugwaljanza verament isseħħ.
Il-Prim Ministru spjega, kif hekk kif għada jimmarka l-15-il jum fil-Gvern wara rebħa storika, jemmen li l-Kabinett hu wieħed b’saħħtu li għandu taħlita ta’ nies b’esperjenza vasta fejn se jkun hemm tim b’saħħtu li jmexxi l-aġenda ‘l quddiem. Sostna kif diġà bdew jiġu diskussa mal-membri Parlamentari kollha l-aktar affarijiet importanti li għandhom jiġu implimentati.
Muscat qal li l-atmosfera li qed tinħass bħalissa hi waħda ta’ normalità li turi l-maturità tal-pajjiż, fejn diġà beda jidher kif ix-xogħol reġà beda jirranka wara t-tnaqqis li kien hemm, xi ħaġa li hi n-norma meta jkun hemm elezzjoni.
Hu temm billi awgura lill-missirijiet kollha f’Jum il-Missier għax-xogħol kollu li tant jgħamlu.