Bix-xogħol fuq Baċir Numru 1 f’Bormla fi stadju avvanzat, tant li fi ftit xhur mistenni jibda jilqa’ l-istudenti l-iżviluppaturi tal-Università Amerikana f’Malta għandhom lesti l-pjanijiet biex jibdew ix-xogħol fuq il-kampus li se jibnu fiż-Żonqor, Wied il-Għajn.
Tant li dwar dan hemm applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Oriġinarjament iż-Żonqor kien is-sit ewlieni ta’ din l-Università b’investiment barrani. Iżda, minħabba li kien se jinvolvi medda kbira ta’ art ODZ il-gvern ħa d-deċiżjoni li jasal fi ftehim u l-AUM issir f’żewġ bnadi.
It-tnejn fin-nofsinhar tal-pajjiż bil-għan li din iż-żona wkoll tgawdi mill-investiment barrani. Segwi dan is-servizz sabiex tifhem aktar dwar ix-xogħlijiet li għaddejjin.