Wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul l-aħħar jiem mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed javża li ż-żona tal-għawm fis-Sirens, San Pawl il-Baħar hi tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.
Għal aktar informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8.00 ta’ filgħodu sas-14:30 jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera. Barra dawn il-ħinijiet, il-pubbliku hu ġentilment mitlub iċempel fuq is-sistema awtomatika 2182 7146 jew fuq il-mobile għal Malta numru +356 7950 9918 u għal Għawdex numru +356 7950 9919.
Il-pubbliku jista’ wkoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttp://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/EHRM/Pages/Bathing-Water-Programme.aspx għal informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm.