L-investiment li qed isir mal-privat fis-Central Business District qed twassal biex tkun żona prominenti għall-investiment. Qal dan il-Ministru tal-Ekonomija u Investiment Chris Cardona waqt li kien qed jinawgura Avenue 77, li huwa ċentru tal-kummerċ ġdid b’investiment ta’ €30 miljun.
Is-Central Business Dictrict inħolqot fl-2016, fejn permezz ta’ dan il-proġett inħolqot sħubija bejn il-gvern u l-privat. Bl-għan ta’ dan il-proġett huwa li jkabbar iż-żona tal-Imrieħel għal waħda aktar favur in-negozju.