L-ekonomija taż-Żona Ewro, li fost il-pajjiżi membri hemm Malta, kibret bi 2% fit-tieni kwart tal-2021, u issa l-pajjiżi fiż-Żona Ewro m’għadhomx f’riċessjoni.
Fl-ewwel kwart tas-sena ż-Żona Ewro sofriet daqqa fl-ekonomija kawża tal-pandemija, iżda issa jidher li l-andament ekonomiku kollu huwa biss 3% anqas minn dak li kien fl-aħħar tal-2019.
Iż-Żona Ewro bħalissa għaddejja minn perjodu ta’ rkupru mill-pandemija.
Ritratt: AFP