Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li Joseph Muscat ma kisirx il-Kodiċi ta’ Etika meta siefer fuq żjara privata Dubai mal-familja tiegħu f’Diċembru li għadda.
Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li rċieva lment fosthom mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, li kienu jittrattaw dwar l-ispejjeż tal-vjaġġ.
Il-Kummissarju kkonkluda li min ospita l-vjaġġ ma setax kellu l-ħsieb li jinfluwenza d-deċiżjonijiet ta’ Dr Muscat bħala Prim Ministru, billi huwa diġà kien ħabbar ir-riżenja tiegħu u kien fadallu biss ġimagħtejn fil-kariga ta’ Prim Ministru.
Għalhekk il-Kummissarju ma laqax l-ilment.