Il-Papa Franġisku qal li ż-żjara tiegħu f’Malta hija fuq l-aġenda. Dan meta l-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, stieden lill-Papa biex jagħmel żjara f’Malta wara li din kellha titħassar minħabba l-pandemija.
Il-Ministru Bartolo kien akkumpanjat ukoll mill-Ambaxxatur Malti għall-Vatikan Frank Zammit. Huwa ppreżenta wkoll ktieb dwar l-attrazzjonijiet reliġjużi f’Malta.
F’intervista separata li ta lil stazzjon televiżiv Taljan, il-Ministru Bartolo tenna l-impenn li t-turiżmu reliġjuż fil-Gżejjer Maltin jissaħħaħ.