Fl-omelija waqt il-funeral tal-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici, in-neputi tiegħu l-Arċisqof Awżiljarju, il-Monsinjur Joseph Galea Curmi, qal li tul ħajtu huwa għamel ġid kbir.
Il-Monsinjur Galea Curmi semma li kien juri interess fi qrabatu, anki ftit qabel mewtu. Huwa semma li l-eks Prim Ministru kellu mħabba u l-għożża fil-familja, minkejja li jkollhom opinjonijiet differenti.
Hawnhekk semma li Karmenu Mifsud Bonnici kellu l-imħabba lejn il-fqir u dawk l-aktar vulnerabbli, mingħajr ebda daqq ta’ trombi.
Semma li huwa konvint u determinat f’dak li jaqbel u anki jibqa’ mal-prinċipji tiegħu.
Huwa semma li l-Avukat Mifsud Bonnici ma riedx funeral statali, f’ittra li ħalla qabel mewtu, turi kemm l-eks Prim Ministru kien umli.