Id-dħul mill-pensjoni mhux taxxabbli se jerġa’ jogħla skond kemm se jkunu qed jogħlew il-pensjonijiet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’hekk, min jaqla’ sal-ekwivalenti tal-pensjoni massima jibqa’ ma jkunx taxxabbli. Dan l-ammont se jitla’ għal €14,968.
Dan tħabbar fil-Budget għas-sena d-dieħla mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana.
Sadattant, dawk il-koppji pensjonanti li t-taxxa tinqatalhom bħala miżżewġin se jkomplu jgawdu minn minn €3,600 dħul ieħor eżentat minn ħlas ta’ taxxa.
Intant l-In-Work Benefit għall-ħaddiema b’ħinijiet atipiċi se jiġi estiż għas-sena d-dieħla wkoll. B’hekk, flimkien mal-għotja ta’ €150, din is-sena se jkunu qed jirċievu €150 oħra s-sena li ġejja.