Eżatt ġimgħa wara li tħabbat il-Baġit 2025, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon f’konferenza tal-aħbarijiet bit-tema Pajjiż ta’ Kwalità, tkellem dwar in-numru ta’ miżuri li jolqtu b’mod pożittiv lill-familji Maltin u Għawdxin.
Waħda mill-miżuri ewlenin fil-baġit mħabbar u li taqa’ taħt dan il-Ministeru hija dik taċ-Children’s Allowance, fejn hawnhekk qed naraw kif għal darb’oħra dan il-pagament reġa’ żdied b’€250, biex fi tliet snin iż-żieda laħqet il-€590.
Din iċ-ċifra qabżet il-wegħda li kien għamel il-Partit Laburista fil-Manifest Elettorali ‘Malta Flimkien’, fejn kienet ta’ €450.
L-ewwel pagament taċ-Children’s Allowance minn Baġit ġdid se jingħata lil madwar 42,000 feamilja fil-ġimgħat li ġejjin, qabel il-bidu ta’ sena ġdida, fejn il-ġenituri jew kustodji jieħdu mal-€260 sa €500 kull tliet xhur għal kull wild, li jammontaw għal madwar 62,000.