Id-Direttur Ġenerali tal-Caritas, Leonid McKay, iddeskriva l-baġit għas-sena d-dieħla bħala pass importanti biex iż-żgħir ikun mgħejjun. “Dan il-baġit niġbru f’sentenza waħda: il-vuċi taż-żgħir qed tinstema’,” qal McKay li tenna kif dan huwa l-ewwel pass.
McKay ta l-ewwel reazzjoni tal-Caritas fil-programm Pjazza li għalih kien hemm mistieden id-Deputat Prim Ministru Louis Grech. Fid-dawl li fl-aħħar snin il-Caritas kienet vuċi b’saħħitha ħafna dwar l-isfida tal-faqar f’pajjiżna d-dikjarazzjoni ta’ McKay hija meqjusa bħala ċertifikat importanti għal dan il-baġit.
ISMA L-KUMMENTI FIL-FILMAT