Ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva Matteo Grima ta’ 18-il sena, iż-żagħżugħ mill-Imtarfa li kien fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura fir-Rabat Malta.
L-inċident kien seħħ fit-23 ta’ April li għadda fi Triq Ħad Dingli.
Kien is-Sindku tal-Imtarfa Daniel Attard li t-Tlieta filgħaxaija fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook qal li din hija aħbar pożittiva u għadda messaġġ ta’ kuraġġ lil Matteo u lill-familja tiegħu.