Illejla se tkun qed titnieda l-kampanja tal-Forum Żgħażagħ Laburisti f’attività Politika f’Xatt ir-Risq Bormla. Kampanja innovattiva għaż-żgħażagħ li kif spjegalna l-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti tirrikjedi ħafna ħidma u se tkun qed tinvolvi numru kbir ta’ żgħażagħ.
It-tnedija tal-kampanja taz-zghazagh ser tkun qed isir illejla x-Xatt ta’ Bormla fit- tmienja ta’ filghaxija u għaliha mistennija jattendu mijiet ta’ żgħażagħ Maltin u Għawdxin.
Alex Saliba qal li wara l-kampanja I’M IN ta’ erba’ snin ilu l-aspettativi huma kbar, aspettativi li żgur mhux ser iwasslu għal delużjoni liż-żgħażagħ li huma tant ħerqana biex mill-ġdid ikunu fuq quddiem nett ta’ din il-kampanja.
Huwa appella liż-żgħażagħ kollha biex għada jingħaqdu lkoll flimkien għall-bidu ta’ din il-kampanja, żgħażagħ li kienu prijorita’ fil-ħidma ta’ dan il-gvern permezz ta’ numru kbir ta’ miżuri li dan il-Gvern mexxa ‘l quddiem sa mill-ewwel gurnata ta’ din il-legiżlatura.