Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jemmen li ż-żgħażagħ għandhom jingħataw id-dritt tal-vot qabel l-2024 fl-elezzjonijiet kollha. Fi stqarrija huwa spjegaw li jinsabu pożittivi dwar l-isforz li qiegħed isir biex bħala wieħed mill-għanijiet tal-Politika Nazzjonali tat-Tfal li tnediet ilbieraħ,il-vot għaż-żgħażagħ ta’ 16-il sena jiġi estiż għall-elezzjonijiet ġenerali, dawk tal-Parlament Ewropew u referenda.
Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ stqarr li ilu għal dawn l-aħħar snin jħaddan din il-pożizzjoni li dritt tal-vot għandu jiġi estiż għall-elezzjonijiet kollha. Filwaqt li għandu jsir it-tibdil neċessarju fis-sistema edukattiva biex b’hekk tinkludi edukazzjoni ċivika iktar ħolistika.
Fi kliemhom huma qalu li jekk żgħażugħ ta’ 16-il sena jista’ jaħdem u jħallas is-sigurta’ soċjali għandu wkoll ikollu d-dritt li jivvota fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u li dan id-dritt għandu jingħatu qabel l-2024 u jiġi estiż għall-elezzjonijiet kollha.
“Għalhekk nistennew li kemm il-Gvern u l-Oppożizzjoni jaħdmu bis-sħiħ biex il-vot jiġi estiż qabel l-elezzjoni ġenerali ta’ 2018.”