It-tim nazzjonali Malti taż-żgħażagħ tal-waterpolo spiċċa fit-tlettax-il post fil-Kampjonati Ewropej li saru fil-Portugall.
Dan wara li l-Ġimgħa, iż-żgħażagħ Maltin għelbu t-tim Franċiż bl-iskor ta’ 10-8.
Din kienet l-ewwel darba li ż-żgħażagħ Maltin lagħbu f’kampjonat daqshekk prestiġjuż.
Intant, fuq Twitter, il-Prim Ministru Robert Abela awgura t-tim Malti.
Dr Abela qal kif dan kien mument storiku għal dan l-isport, hekk kif dan it-tim għeleb lil Franza u lil Ġeorġja.
Huwa qal ukoll kif il-ġejjieni ta’ dan it-tim Malti jidher li huwa sabiħ.