Il-Preżenza taż-żgħażagħ Maltin fuq siti elettroniċi kienet rikonoxxuta mill-Eurostat fi studju riċenti dwar l-aspetti tal-internet li jinvolvu ruħhom fih iż-żgħażagħ Ewropej. Jidher li l-Maltin l-iktar li jużaw l-internet biex jixtru, għas-siti soċjali bħal Facebook u Twitter, u biex isibu materjal edukattiv.
Iż-żgħazagħ Maltin huma l-iktar attivi fuq siti soċjali bħall-Facebook, Twitter, u Instagram fost żgħazagħ Ewropej oħrajn. Dan ħareġ minn statistiċi tal-Eurostat dwar il-preżenza taż-żgħażagħ Ewropej fid-dinja virtwali.
l-Istatistika turi kif 93% taż-żgħażagħ Maltin li għandhom bejn is-16 u 29 sena, għandhom tendenza qawwija li joħolqu profili fuq Facebook u siti oħra, jżommuhom aġġornati b’ mod kontinwu b’ permezz ta’ opinjonijiet u ritratti, u jinteraġġixxu ma’ persuni oħra online. Tant, li f’dan l-aspett Malta tinsab fl-ewwel post, segwita mill-Belġju u l-Finlandja, it-tnejn b’92% ta’żgħażagħ parteċipi fuq is-siti soċjali.
Żgħażagħ attivi fuq is-siti soċjali
MALTA: 93%
BELĠJU: 92%
FINLANDJA: 92%
Aspett ieħor analizzat fl-istudju kien kemm iż-żgħażagħ Ewropej ifittxu l-aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti fuq siti elettroniċi. Il-Maltin għandhom preżenza ta’ 83% u jinsabu fis-seba’ post fil-klassifika.
Filwaqt li Malta tinsab fit-tieni post b’26% f’dak li huwa networking professjonali. Dan jinkludi riklamar tan-negozji fuq siti soċjali jew siti elettroniċi tal-kumpaniji lokali, inkluż profili fuq is-sit LinkedIn. Pajjiżna jsegwi pajjiżna jsegwi l-Olanda u d-Danimarka b’ 32% u 28% rispettivament.
Użanzi oħra tal-internet identifikati mill-Eurostat jixhdu li 69% tal-Maltin għall-pariri tas-saħħa, 20% jfittxu materjal edukattiv onlajn u 76% jidħlu online ifittxu films u serje televiżivi.
Mhux ta’ b’ xejn li tħares fejn tħares tara żgħażagħ wiċċhom ma’ xi mobile jew tablet u għalhekk ma jagħmlux ħażin jekk bejn applikazzjoni u oħra jħarsu ‘l fuq u jingħaqdu mad-dinja reali.