Fis-sena tal-pandemija, Malta kellha r-raba’ l-iktar żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea li kellhom xogħol jew kienu qegħdin jistudjaw.
Dan ħareġ minn statistika mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-EUROSTAT.
Din l-istatistika turi kif pajjiżna għandu madwar 10% ta’ dawk taħt il-35 sena, li s-sena l-oħra ma kinux qed jaħdmu jew jistudjaw.
Qabel Malta hemm l-Olanda, l-Iżveżja u l-Lussemburgu.
Il-medja tal-Unjoni Ewropea hija dik ta’ 17.6%.
Pajjiżna għandu t-tielet l-iżjed irġiel u r-raba’ l-iżjed nisa li kienu qed jistudjaw jew jaħdmu s-sena l-oħra.
Dan hekk kif hemm 7.3% tal-irġiel ta’ taħt il-35 sena li ma kienux qed jaħdmu u jistudjaw is-sena l-oħra.
Qabel Malta hemm biss ir-Repubblika Ċeka u l-Olanda, waqt li l-medja tal-Unjoni Ewropea hija dik ta’ kważi 14%.
Is-sena l-oħra f’Malta kien hemm 13.4% tan-nisa taħt il-ħamsa u tletin sena li ma kinux qed jaħdmu u jistudjaw.
Qabel Malta, hemm l-Olanda, l-Iżveżja u l-Lussemburgu.
F’din l-istatistika, Malta għandha l-istess livell daqs il-Ġermanja.
Waqt li l-medja tal-Unjoni Ewropea hija iżjed minn 8% minn dik ta’ Malta.