L-avviż li għamel il-Forum Żgħażagħ Laburisti biex dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jsegwu d-dibattitu bejn il-mexxejja politiċi jistgħu jagħmlu dan minn skate park niżel għasel ma numru ta’ żgħażagħ li qed jagħtu s-sapport tagħhom lill-Prim Ministru minn barra s-sala.
Dan hekk kif is-sala tesa biss 800 student u għalhekk, aktar żgħażagħ xtaqu li huma ukoll jisimgħu lill-Prim Ministru jiddibatti u għalhekk qed isegwu minn fuq screen b’mod dirett id-dibattitu li għaddej bħalissa.
Wara d-dibattitu jingħaqad magħhom il-Prim Ministru Joseph Muscat.