Il-proposti tal-Partit Laburista qed jiġu milqugħa b’mod pożittiv minn bosta studenti u żgħażagħ.
ONE News kien barra il-Junior College, fejn tkellem ma’ żgħażagħ dwar il-proposti li qed jipproponi Gvern Laburista ġdid.
Waħda mill-miżuri tal-Partit Laburista hija dik li l-ġenituri ser jingħataw elf u ħames mitt ewro fi tliet snin għal kull wild li jkompli jistudja wara li jagħlaq is-sittax-il sena.
Din l-għotja tingħata wkoll lil dawk iż-żgħażagħ li jibqgħu jistudjaw u jgħixu għal rashom.
Hawnhekk iż-żgħażagħ qalulna kif dawn il-miżuri proposti se jgħinhom fl-aspirazzjonijiet tagħhom.
Proposta oħra li ntlaqgħet tajjeb hija dik ta’ ħmistax fil-mija żieda fl-istipendji tal-istudenti.