Fis-sitt jum tas-summit dwar it-tibdil fil-klima COP26 li qed isir fi Glasgow l-Iskozja, l-enfasi daret fuq iż-żgħażagħ u l-involviment tal-pubbliku.
Intant, it-toroq fi Glasgow kienu maħnuqa bid-dimostranti, il-maġġoranza tagħhom attivisti żgħażagħ minn madwar id-dinja, bil-kartelluni jgħaddu l-messaġġ tagħhom biex issir ġustizzja dwar it-tibdil tal-klima.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fost il-messaġġi li spikkaw kien hemm appell biex jieqaf l-operat bil-fjuwils l-aktar li jniġġsu.