Illejla qed tittella’ l-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-Forum Żgħażagħ Laburisti li ssir kull darba wara elezzjoni ġenerali. Indirizza din il-laqgħa il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat li f’żgħożitu flimkien maż-żewġ deputati Mexxeja Chris Fearne u Chris Cardona kienu attivi f’dan il-forum.
Il-Prim Minstru qal lill-protagonisti fi ħdan il-partit li dejjem kienu ż-żgħażagħ. L-FŻL kien jitkellem dwar l-affarijiet fejn eventwalment il-Partit laburista jimplimentahom. Fost oħrajn semma kif meta fl-1997 l-FŻl ppropona d-divorzju fejn proprju wara dan iddaħħal snin wara.
Il-Prim Minsitru qal li l-FŻL dejjem kellu kwalità ta’ tfajliet fi ħdan l-eżekuttiv u dan jawgura tajjeb ghall-proġett li għaddej bħalissa fil-Partit Laburista, LEAD, li mistenni jbiddel wiċċ il-Partit Laburista għas-snin li ġejjin. Huwa qal li dan il-proġett ser jagħmel id-demokrazija tagħna ferm iżjed rappreżentata sabiex inkunu nistgħu nimxu f’din il-linja progressiva
Huwa temm jgħid li fiż-żmien li ġej ser tkompli d-diskussjoni dwar il-marjuwana rikrejattiva u jrid jara li ż-żgħażagħ ikunu l-ixprun ta’ dawn it-tip ta’ diskussjonijiet, fejn l-għażla hi waħda cara fil-futur fejn fuq naħa għandek partit li jrid joqgħod fil-comfort zone u fuq naħa partit li dejjem ibiddel.
Din il-laqgħa ġiet indirizzata wkoll mid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament u Deputat Prim Ministru Chris Fearne u mid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona.