ONE NEWS jinsab infurmat li ż-żewġ rapporti ta’ theddid ta’ bombi fuq vapuri, sar minn persuni differenti, fi ġranet differenti u każijiet li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ xulxin.
Sorsi qrib l-investigazzjoni qalulna li l-ewwel rapport daħal il-Ġimgħa filgħaxija, meta persuna semgħet żewġ persuni jsemmu “xi splużjoni fuq vapur”, kien hawn li l-persuna avżat lill-baħrin tal-Gozo Channel u dawn innotifikaw lill-awtoritajiet. F’dan il-każ, wara rapport li qed jitqies validu, it-tfittxija mill-awtoritajiet irriżultaw fin-negattiv.
Iżda fit-tieni rapport li sar l-għada, jiġifieri s-Sibt wara nofshinar, ir-raġel mill-Imqabba ta’ 43 sena residenti l-Imqabba, deher li allegatament għamel ir-rapport apposta.
Huwa qiegħed jinżamm arrestat u qed jiġi interrogat dwar rapporti foloz.
Fiż-żewġ każijiet il-forzi tal-ordni wettqu operazzjoni estensiva sabiex jaraw hemmx il-periklu rrappurtat.